Language of document :

Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-5 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-473/12, Aer Lingus Ltd. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-164/15 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan, T. Maxian Rusche, B. Stromsky, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Aer Lingus Ltd., L-Irlanda

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 fis-sentenza T-473/12, Aer Lingus vs Il-Kummissjoni, sa fejn hija annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru°2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda 1 , inkwantu l-imsemmija deċiżjoni tordna l-irkupru tal-għajnuna mingħand il-benefiċjarji għal ammont li huwa stabbilit għal EUR 8 għal kull passiġġier fil-premessa 70 tal-istess deċiżjoni; u

tiċħad ir-rikors intiż li jikseb l-annullament tad-Deċijoni tal-Kummissjoni Nru 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż;sussidjarjament,tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;tirriżerva l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.Aggravji u argumenti prinċipaliInsostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka motiv uniku.L-appellanti ssostni li, billi ddefinixxiet kriterju ekonomiku ġdid li għandu jiġi applikat sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonsisti f’miżura fiskali li tipprevedi rata mnaqqsa meta mqabbla mar-rata normali, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 108(3) TFUE u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru°659/1999  .

____________

____________

1     ĠU L 119, p. 30.     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Tratt

at tal-KE, ĠU Edi