Language of document : ECLI:EU:T:2011:265





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2011 – Eurallumina vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-207/07 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikolu 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104 (2)) (ara l-punti 17-20)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza - Interess pubbliku relatat mal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jeċċedu l-interess personali tal-azzjonisti tal-kumpannija rikorrenti (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 23, 24, 32-34)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 25, 26)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp ta’ appartenenza tal-kumpannija rikorrenti - Evalwazzjoni każ b’każ - Sitwazzjoni ta’ kontroll ekonomiku integrali fi ħdan grupp - Effett (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 37-40, 43, 44)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ rikors għad-danni - Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE u 340 TFUE) (ara l-punt 49)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Evalwazzjoni tal-gravità tad-dannu mill-Imħallef għal miżuri provviżorji - Ksur tad-dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva - Assenza - Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq - Assenza (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 54-58)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/375/KE, tas-7 ta’ Frar 2007, dwar l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għal żjut minerali użati bħala karburant għal produzzjoni tal-alumina f[ir-reġjun] ta’ Gardenne, fir-reġjun ta’ Shannon u f’Sardinja, implimentata minn Franza, l-Irlanda u l-Italja rispettivament [C 78/2001 (ex NN 22/01), C 79/2001 (ex NN 23/01), C 80/2001 (ex NN 26/01)] (ĠU L 147, p. 29), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.