Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Huawei Technologies Co. Ltd vs ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH

(Kawża C-170/13) 1

(Kompetizzjoni – Artikolu 102 TFUE – Impriża li żżomm privattiva essenzjali għal standard li timpenja ruħha, mal-organu ta’ standardizzazzjoni, li tagħti liċenzja lit-terzi b’kundizzjonijiet ekwi, raġonevoli u mhux diskriminatorji msejħa ‘FRAND’ (‘fair, reasonable and non-discriminatory’) – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Azzjonijiet għal ksur – Kawża għal inibizzjoni – Azzjoni għal sejħa lura tal-prodotti – Azzjoni għall-finijiet tal-provvista ta’ data tal-kontabbiltà – Azzjoni għal kumpens – Obbligi tal-proprjetarju tal-privattiva essenzjali għal standard)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Huawei Technologies Co. Ltd

Konvenuti: ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ privattiva stabbilita minn organu ta’ standardizzazzjoni, li jkun impenja ruħu irrevokabbilment lejn dan l-organu li jagħti lit-terzi liċenzja skont kundizzjonijiet FRAND (“fair, reasonable and non-discriminatory”), ma jabbużax mill-pożizzjoni dominanti tiegħu fis-sens ta’ dan l-artikolu bl-introduzzjoni ta’ azzjoni ta’ ksur għall-inibizzjoni tal-ksur tal-privattiva tiegħu jew għas-sejħa lura tal-prodotti li għall-manifattura tagħhom din il-privattiva ntużat, meta:qabel l-introduzzjoni ta’ din l-azzjoni, huwa, minn naħa, kien avża lill-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva li huwa kkritika billi indika din il-privattiva u ppreċiża l-mod kif dan kiser il-privattiva u, min-naħa l-oħra, wara li l-allegat awtur tal-ksur esprima r-rieda tiegħu li jikkonkludi kuntratt ta’ liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, bagħat lil dan l-awtur tal-ksur tal-privattiva, offerta konkreta u bil-miktub ta’ liċenzja għal tali kundizzjonijiet, li tispeċifika, b’mod partikolari, ir-royalty u l-modalitajiet ta’ kalkolu tagħha.l-imsemmi awtur tal-ksur tal-privattiva kompla jisfrutta din l-privattiva b’diliġenza, konformement mal-konswetudnijiet kummerċjali aċċettati fil-qasam u mal-bona fide, u dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u jimplika b’mod partikolari l-assenza ta’ kull tattika ta’ dewmien.L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxix, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lil impriża li tinsab f’pożizz

joni dominanti u li żżomm privattiva essenzjali għal standard stabbilit minn organu ta’ standardizzazzjoni li impenjat ruħha, ma’ dan l-organu, li tagħti liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, li tressaq azzjoni għal ksur tal-privattiva kontra l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva u intiża għall-provvista ta’ data tal-kontabbiltà relatata mal-atti passati ta’ użu ta’ din il-privattiva jew l-għoti ta’ danni fir-rigward ta’ tali atti.

____________

1 ĠU C 215, 27.07.2013