Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Marzu 2011 - Hopf vs UASI (Clampflex)

(Kawża T-171/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hans-Jürgen Hopf (Zirndorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Mensing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta' Jannar 2011, fil-Każ R 1514/2010 4 ;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Clampflex" għal prodotti fil-klassijiet 5, 9, 10, 17 u 20.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li t-trade mark ikkonċernata għandha karattru distintiv u ma hijiex deskrittiva.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)