Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia nº 8 de La Coruña (Spanja) fl-4 ta’ Jannar 2024 – Abanca Corporación Bancaria, SA vs WE

(Kawża C-6/24, Abanca Corporación Bancaria)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia nº 8 de La Coruña

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Abanca Corporación Bancaria, SA

Konvenut: WE

Domandi preliminari

Klawżola ta’ skadenza antiċipata li tipprevedi l-possibbiltà li l-eżiġibbiltà antiċipata tas-self tiġi evitata jew innewtralizzata f’terminu partikolari, hija konformi mal-Artikoli 3(1) u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 , jew din il-possibbiltà għandha tiġi rrikonoxxuta f’regola tad-dritt nazzjonali speċifika?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, x’ikun terminu raġjonevoli?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.