Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Jannar 2013 - Iran Liquefied Natural Gas vs Il-Kunsill

(Kawża T-5/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iran Liquefied Natural Gas Co. (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Grayston, Solicitor, G. Pandey, P. Gjørtler, D. Rovetta, D. Sellers u N. Pilkington, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 2 u Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012 tal-15 ta' Ottubru 2012 , sa fejn l-atti kkontestati jinkludu lir-rikorrenti fil-lista ta' persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi ;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq allegat ksur tad-dritt ta' smigħ, billi l-Kunsill naqas milli jagħmel seduta għar-rikorrenti, u li l-ebda indikazzjonijiet kuntrarji ma jiġġustifikaw dan, speċjalment fir-rigward tal-impożizzjoni fuq impenji kuntrattwali attwali.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegat obbligu li tingħata notifika, billi l-Kunsill naqas milli jinnotifika l-miżuri kkontestati lir-rikorrenti.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegata insuffiċjenza ta' motivazzjoni, billi l-kontenut limitat tal-motivazzjoni ġiet ikkonfermat mill-Kunsill lir-rikorrenti, filwaqt li talbiet għal aċċess għal dokumenti ma ngħatawx risposta.

Ir-raba' motiv, ibbażat fuq l-allegat ksur tad-drittijiet tad-difiża, billi r-rikorrenti ma ngħatatx il-possibbiltà li targumenta effettivament kontra l-konklużjonijiet tal-Kunsill, peress li dawn il-konklużjonijiet ma ġewx żvelati lir-rikorrenti.

Il-ħamis motiv, ibbażat fuq l-allegat żball manifest ta' evalwazzjoni, kuntrarjament għall-pretensjoni tal-Kunsill, ir-rikorrenti ma hijiex sussidjarja tal-Kumpanija Nazzjonali taż-Żejt Iranjana, u fi kwalunkwe każ il-Kunsill ma issostanzjax li, anki jekk kien sussidjarja ta' din tal-aħħar, dan jimplika xi vantaġġ ekonomiku għall-Istat Iranjan li jmur kontra l-għan tal-miżuri kkontestati.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegat ksur tad-dritt fundamentali ta' proprjetà, billi jimponi fuq l-impriżi bankarji u l-impenji kuntrattwali attwali tar-rikorrenti, il-Kunsill kiser id-dritt fundamentali ta' proprjetà billi ħa miżuri li għalihom l-proporzjonalità ma tistax tkun aċċertata.

____________

1 - Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta' Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2012 L 282, p. 58)

2 - Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta' Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2012 L 282, p. 16)