Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Novembru 2013 – Rusal Armenal vs Il-Kunsill

(Kawża T-512/09) 1

(“Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina — Adeżjoni tal-Armenja mad-WTO — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 — Kompatibbiltà mal-ftehim antidumping — Artikolu 277 TFUE”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rusal Armenal ZAO (Erevan, l-Armenja) (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġent, assistiti minn G. Berrisch, u fl-aħħar nett J.-P. Hix u B. Driessen)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u C. Clyne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, p. 1).

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 925/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta fuljetta tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina huwa annullat fir-rigward ta’ Rusal Armenal ZAO.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż ta’ Rusal Armenal.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 80, 27.03.2010.