Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fil-11 ta’ Novembru 2021 – UL, SA Royal Antwerp Football Club vs Union royale belge des sociétés de football association ASBL

(Kawża C-680/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UL, SA Royal Antwerp Football Club

Konvenut: Union royale belge des sociétés de football association ASBL

Domandi preliminari

L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-pjan dwar il-plejers imrawma lokalment adottat fit-2 ta’ Frar 2005 mill-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA, approvat mit-52 assoċjazzjoni membru tal-UEFA fil-Kungress ta’ Tallinn fil-21 ta’ April 2005 u implimentat permezz ta’ regolamenti adottati kemm mill-UEFA kif ukoll mill-federazzjonijiet membri tagħha?

L-Artikoli 45 u 101 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-inklużjoni fil-manifest tal-logħba u l-użu fil-logħba ta’ plejers imrawma lokalment, ifformalizzati mill-Artikoli P335.11 u P.1422 tar-Regolament Federali tal-URBSFA u riprodotti fl-Artikoli B4.1[12] tat-Titolu 4 u B6.109 tat-Titolu 6 tar-regolament il-ġdid tal-URBSFA?

____________