Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-4 ta’ Ġunju 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-119/11) 1

(Servizz pubbliku – Artikolu 34(1) tar-Regoli tal-Proċedura – Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu tar-rikors u ffirmat permezz ta’ timbru jew metodu ieħor ta’ riproduzzjoni tal-firma tal-avukat – Tardività tar-rikors)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, bħala aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li għandha bħala suġġett, minn naħa, il-kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba l-fatt li membri tal-persunal tal-Kummissjoni daħlu fir-residenza pprovduta lilu minn min kien jimpjegah f’Luanda fl-14, fis-16 u fid-19 ta’ Marzu 2002, u, min-naħa l-oħra, it-trażmissjoni tal-kopji tar-ritratti meħuda f’dik l-okkażjoni u l-qerda tad-dokumentazzjoni kollha relatata ma’ dan l-avveniment.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 25, 28.1.12, p. 71.