Language of document : ECLI:EU:T:2014:683

Kawża T‑457/09

Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat — Ristrutturazzjoni ta’ WestLB — Għajnuna maħsuba sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru — Artikolu 87(3)(b) KE — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet — Rikors għal annullament — Interess individwali — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Kolleġjalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Artikolu 295 KE — Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) tas-17 ta’ Lulju 2014

1.      Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess individwali — Kriterji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet — Rikors ta’ grupp ta’ banek tat-tfaddil, li għandhom personalità ġuridika — Kwalità ta’ persuna li tagħti l-għajnuna — Assenza — Inammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE)

2.      Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Interess individwali — Kriterji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet — Rikors ta’ azzjonist tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna — Interess ġuridiku distint minn dak tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna — Ammissibbiltà

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE)

3.      Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Rikors ippreżentat kontra att imħassar — Effetti rispettivi tat-tħassir u tal-annullament

(Artikoli 231 KE u 233 KE)

4.      Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Motiv ġdid — Kunċett

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2))

5.      Kummissjoni — Prinċipju ta’ kolleġjalità — Portata — Adozzjoni ta’ deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat permezz tal-proċedura bil-miktub — Ksur tar-Regolament intern tal-Kummissjoni — Assenza

(Regolament intern tal-Kummissjoni, Artikoli 1 u 12)

6.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni — Għajnuna intiża li tirrimedja perturbazzjoni serja tal-ekonomija ta’ Stat Membru — Issuġġettar tal-awtorizzazzjoni tal-għajnuna għal ċerti kundizzjonijiet — Ammissibbiltà

(Artikolu 87(3)(b) KE)

7.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti — Possibbiltà li jiġu adottati linji gwida — Konsegwenzi — Limitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tagħha imposta minnha stess

(Artikolu 87(3) KE)

8.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni — Għajnuna intiża li tirrimedja perturbazzjoni serja tal-ekonomija ta’ Stat Membru — Għajnuna favur bank f’diffikultà ta’ importanza sistemika — Eżami tal-għajnuna fid-dawl tal-Linji gwida għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni — Ammissibbiltà

(Artikolu 87(3)(b) KE; Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2004/C 244/02)

9.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Karatterizzazzjoni tal-effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Riferiment għall-motivazzjoni mogħtija f’deċiżjoni provviżorja — Ammissibbiltà

(Artikoli 87(1) KE u 253 KE)

10.    Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni dwar għajnuna għar-ristrutturazzjoni favur impriża f’diffikultà — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet previsti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni — Obbligu li tispjega n-neċessità ta’ kull kundizzjoni — Assenza

(Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7(4); Komunikazzjoni mill-Kummissjoni 2004/C 244/02)

11.    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni — Għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ impriża f’diffikultà — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet previsti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Portata

(Artikolu 87(3) KE)

12.    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Deċiżjoni dwar għajnuna għar-ristrutturazzjoni favur impriża f’diffikultà — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet previsti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Assenza

(Artikolu 87(3)(ċ) KE)

13.    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni — Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 87 KE — Possibbiltà għall-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tas-suq komuni fir-rigward ta’ deċiżjoni preċedenti

(Artikolu 87(3)(b) KE)

14.    Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett

(Artikolu 230 KE)

15.    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet previsti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni — Obbligu ta’ bejgħ tal-impriża benefiċjarja tal-għajnuna — Rispett tas-sistema ta’ proprjetà fl-Istati Membri — Assenza ta’ ksur

(Artikoli 87(3) KE u 295 KE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 83-109)

2.      Minbarra li tinvoka interess ġuridiku li huwa distint minn dak ta’ impriża kkonċernata minn att tal-Unjoni Ewropea u li fiha hija żżomm parti mill-kapital, persuna ma tistax tiddefendi l-interessi tagħha fir-rigward ta’ dan l-att ħlief billi teżerċita d-drittijiet ta’ membru ta’ din l-impriża, li għandha d-dritt li tippreżenta rikors.

Fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat lil bank bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet, l-interess ġuridiku tal-azzjonisti tal-bank benefiċjarju tal-għajnuna jikkoinċidi ma’ dak tal-bank sa fejn din id-deċiżjoni tostakola lil dan tal-aħħar milli jnaqqas il-bilanċ tiegħu, b’tali mod li l-azzjonisti ma humiex ikkonċernati individwalment f’dan ir-rigward. Min-naħa l-oħra, l-azzjonisti tal-bank huma kkonċernati individwalment minn din id-deċiżjoni peress li l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna hija suġġetta għall-osservanza tal-obbligu ta’ dawn l-azzjonisti li jbigħu l-bank lil terz mhux konness.

(ara l-punti 112, 120)

3.      Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward ta’ talba għal annullament meta r-rikorrent ikun tilef l-interess tiegħu fl-annullament tal-att ikkontestat minħabba avveniment li jkun seħħ matul l-istanza, li għandu bħala konsegwenza li l-annullament ta’ dan l-att, fih innifsu, ma jistax ikollu iktar konsegwenzi legali.

Madankollu, rikorrent jista’ jkompli jiġġustifika interess li jikseb l-annullament ta’ att li ġie mħassar, sa fejn it-tħassir ma jwassalx għall-istess effetti legali ta’ annullament eventwali mill-Qorti Ġenerali. Fil-fatt, it-tħassir ta’ att ta’ istituzzjoni ma jikkostitwixxix rikonoxximent tal-illegalità tiegħu u jipproduċi effett ex nunc, filwaqt li l-annullament tiegħu jipproduċi effett ex tunc.

F'dan il-kuntest, rikorrent jista’ jżomm interess li jitlob l-annullament ta’ att mhux eżegwit li jaffettwah direttament, imħassar wara l-preżentata tar-rikors għal annullament, sabiex jikseb il-konstatazzjoni, mill-qorti tal-Unjoni, ta’ illegalità mwettqa fir-rigward tiegħu, b’mod li tali konstatazzjoni tkun tista’ sservi bħala bażi ta’ rikors għad-danni eventwali intiż li jikkumpensa b’mod adegwat id-dannu kkawżat mill-att ikkontestat.

(ara l-punti 130, 131, 137)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 160, 161)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 164-173)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 181-186)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 190, 191)

8.      Il-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriża f’diffikultà, adottati mill-Kummissjoni, jistgħu jiġu kkunsidrati, bħala prinċipju, xierqa sabiex tiġi evalwata il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna kkunsidrata c neċessarja sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju f’ekonomija ta’ Stat Membru mas-suq komuni, b’mod partikolari jekk il-benefiċjarji huma banek ta’ importanza sistematika li l-vijabbiltà ekonomika tagħhom kienet kompromessa sal-punt li tipperikola l-eżistenza tagħhom.

Għalhekk, minn naħa, il-fatt li tali għajnuna hija neċessarja sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju f’ekonomija ma jfissirx li ma tistax titqies bħala għajnuna favur impriża f’diffikultà, fis-sens tal-paragrafu 9 ta’ dawn il-Linji gwida għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni, li jgħid li tali impriża ma hijiex kapaċi, bir-riżorsi proprji tagħha jew b’fondi li tista’ tikseb mis-sidien-azzjonisti jew mill-kredituri tagħha, li twaqqaf telf li, fl-assenza ta’ intervent estern mill-awtoritajiet pubbliċi, iwassalha ċertament għall-mewt ekonomiku kważi f’terminu ta’ żmien qasir jew medju. Bħala prinċipju, bank li l-vijabbiltà ekonomika tiegħu tkun kompromessa sal-punt li tipperikola l-eżistenza tiegħu jista’ jitqies bħala impriża f’diffikultà.

Min-naħa l-oħra, il-Linji gwida fuq imsemmija jeħtieġu, sabiex jikkunsidraw għajnuna għar-ristrutturazzjoni kompatibbli mas-suq komuni, li l-benefiċjarju jkun suġġett għal pjan ta’ ristrutturazzjoni li jippermetti li jiġi stabbilit f’terminu raġonevoli l-vijabbiltà tiegħu fuq perijodu ta’ żmien twil, li flimkien mal-għajnuna jittieħdu miżuri intiżi sabiex tiġi evitata kull distorsjoni eċċessiva tal-kompetizzjoni u li tkun limitata għall-minimu tal-ispejjeż ta’ ristrutturazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni hija intitolata li teħtieġ l-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna mogħtija lill-banek ta’ importanza sistemika, minħabba fil-kriżi finanzjarja, tkun suġġetta għall-osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet, anki fil-każ fejn l-għajnuna hija maħsuba sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru.

(ara l-punti 195-197)

9.      L-Artikolu 87(1) KE jipprojbixxi l-għajnuna li għandha impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. Madankollu, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha ta’ dawn iż-żewġ kundizzjonijiet, il-Kummissjoni hija marbuta mhux li tistabbilixxi effett reali tal-għajnuna fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u distorsjoni effettiva tal-kompetizzjoni, iżda biss li teżamina jekk l-għajnuna hijiex kapaċi taffettwa dan il-kummerċ u toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni.

Għalhekk, il-fatt li l-Kummissjoni ma tkunx ipproduċiet f’deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet, il-prova ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-għajnuna ma tikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 87(1) KE u lanqas ksur tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni. L-uniċi mistoqsijiet rilevanti huma jekk, minn naħa, il-Kummissjoni indikatx f’din id-deċiżjoni, ir-raġunijiet li għalihom din il-garanzija setgħetx tikkawża tali distorsjoni u, min-naħa l-oħra, skont il-każ, jekk ir-rikorrent kienx wera li dawn ir-raġunijiet kienu żbaljati.

Fir-rigward tal-motivazzjoni dwar il-kwalifika ta’ miżura statali bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE u, għaldaqstant, dwar il-kwistjoni jekk din il-miżura kienet tista’ tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni tista’ tillimita ruħha għal riferiment, fid-deċiżjoni finali, għall-motivazzjoni mogħtija fid-deċiżjoni provviżorja, sa fejn, minn naħa, l-Istat Membru li jkun ammetta fin-notifika tiegħu, li l-miżura inkwistjoni tinkludi għajnuna mill-Istat, ma jkunx ikkontesta din il-kwalifika wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni provviżorja u, min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni provviżorja tikkonċerna l-istess miżura statali, l-istess benefiċjarju u l-istess għan sabiex iż-żewġ deċiżjonijiet ikunu seħħew f’kuntest fattwali u legali relatat u simili biżżejjed. Konsegwentement, f’każ bħal dan, il-Kummissjoni ma hijiex neċessarjament meħtieġa li taffettwa eżami ġdid tas-sitwazzjoni kompetittiva eżistenti fid-data meta hija adottat deċiżjoni finali li tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat l-istess miżura.

Barra minn hekk, il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, għajnuna għar-ristrutturazzjoni favur impriża li għandha attivitajiet transkonfinali sinjifikattivi, li topera f’settur li kien suġġett ta’ liberalizzazzjoni fl-Unjoni u li seta’ jisparixxi mis-suq jekk l-għajnuna ma ngħatatx jista’ jkun partikolarment konċiż.

(ara l-punti 228, 229, 235, 240, 241, 243, 254, 259)

10.    Fil-kuntest ta’ deċiżjoni li tawtorizza għajnuna għar-ristrutturazzjoni, il-Kummissjoni għandha, l-ewwel nett, tistabbilixxi li l-miżura awtorizzata għandha effettivament tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) KE, it-tieni nett, tivverifika li l-Istat Membru kkonċernat stabbilixxa li l-għajnuna tista’ tibbenefika minn waħda mid-derogi msemmija mill-Artikolu 87(3) KE, u, it-tielet nett, tikkonstata li fir-rigward tal-miżuri kollha previsti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni li ntrabat għalihom dan l-Istat Membru, huwa possibbli li jiġi kkunsidrat li l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun vijabbli fuq perijodu ta’ żmien twil u li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni pprovokati mill-għajnuna ma jkunux eċċessivi.

Madankollu, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tispjega n-neċessità ta’ kull miżura prevista mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni, u lanqas li timponi biss il-miżuri l-inqas kontraenti possibbli fost dawk li jiżguraw l-implementazzjoni tal-għanijiet iċċitati iktar ’il fuq, sakemm jew l-Istat Membru kkonċernat ikun intrabat minn qabel għal pjan ta’ ristrutturazzjoni inqas kontraenti, li jwieġeb b’mod xieraq għal dawn l-għanijiet, jew li dan l-Istat Membru jkun wera l-oppożizzjoni tiegħu għall-inklużjoni ta’ ċerti miżuri fil-pjan ta’ ristrutturazzjoni u li jkun intrabat għalihom fuq il-bażi li l-Kummissjoni kienet indikatlu definittivament li l-għajnuna ma kinitx ser tkun awtorizzata fl-assenza ta’ dawn il-miżuri, peress li d-deċiżjoni li tikkundizzjona l-għoti ta’ għajnuna għall-osservanza ta’ dawn il-miżuri ma tistax tiġi attribwita lill-Istat Membru kkonċernat f’dawn il-każijiet.

Dawn il-prinċipji huwa wkoll validi meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, bis-saħħa tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament Nru 659/1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 88 KE, li torbot deċiżjoni li tawtorizza għajnuna għar-ristrutturazzjoni b’kundizzjoni li tirrifletti miżura prevista mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni li fir-rigward tagħha intrabat l-Istat Membru kkonċernat.

Konsegwentement, meta tadotta tali deċiżjoni, l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni, dwar in-neċessità li tissuġġetta l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna inkwistjoni għall-kundizzjonijiet previsti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni intiż sabiex jiggarantixxi l-vijabbiltà tal-benefiċjarju fuq perijodu ta’ żmien twil, jikkonsisti f’li jiġu indikati r-raġunijiet li għalihom hija tqis li l-osservanza ta’ dan il-pjan huwa biżżejjed biex jintlaħaq it-twettiq ta’ dan il-għan. Min-naħa l-oħra, ma hemmx lok li tiġi separatament eżaminata l-motivazzjoni ta’ tali deċiżjoni dwar kull kundizzjoni prevista mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni u inkluża fid-deċiżjoni.

(ara l-punti 296, 297, 303, 304, 317, 318)

11.    Fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet previsti wkoll mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni, l-implementazzjoni mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa limitat għal, minn naħa, li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni li fir-rigward tiegħu l-Istat Membru kkonċernat intrabat li jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun vijabbli fuq perijodu ta’ żmien twil u li d-distorsjonijiet eċċessivi tal-kompetizzjoni jkunu evitati, u, min-naħa l-oħra, li l-Istat Membru kkonċernat ma intrabatx għal pjan li fih miżuri inqas kontraenti li jippermettu li tiġi biżżejjed iggarantita din il-vijabbiltà ekonomika u li jiġu evitati dawn id-distorsjonijiet.

(ara l-punt 350)

12.    L-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b’mod ugwali, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat.

F’dan ir-rigward, il-fatt li tissuġġetta l-awtorizzazzjoni ta’ għajnuna għar-ristrutturazzjoni għall-osservanza tal-miżuri previsti mill-pjan ta’ ristrutturazzjoni li intrabat għalihom l-Istat Membru kkonċernat ma jwassalx għal ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

Fil-fatt, fil-każ fejn l-awtorizzazzjoni ta’ żewġ għajnuna għall-ristrutturazzjoni simili kienet suġġetta għal kundizzjonijiet differenti previsti mill-pjanijiet ta’ ristrutturazzjoni li fir-rigward tagħhom intrabtu rispettivament l-Istati Membri kkonċernati, is-sitwazzjoni differenti li fiha jinsabu l-benefiċjarji tal-għajnuna ma tirriżultax mill-għażla tal-Kummissjoni, iżda min-natura tal-impenji adottati rispettivament mill-Istati Membri, u għalhekk il-Kummissjoni hija marbuta li teżamina jekk dawn kinux jippermettu li jiġi żgurat ir-ritorn tal-benefiċjarji għall-vijabbiltà u l-prevenzjoni tad-distorsjonijiet eċċessivi tal-kompetizzjoni.

(ara l-punti 364, 370, 371)

13.    Huwa biss fil-kuntest tal-Artikolu 87(3)(b) KE li għandha tiġi evalwata l-legalità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata li għajnuna ġdida ma tissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, u mhux fir-rigward tal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha, jekk wieħed jassumi li din ġiet stabbilita. Il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif ukoll il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex jiġi żgurat ir-ritorn tal-benefiċjarju għall-vijabbiltà jirrispondu għal sitwazzjoni oġġettiva li hija evalwata fid-data li fiha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha. Ir-raġunijiet li għalihom il-Kummissjoni għamlet evalwazzjoni differenti tas-sitwazzjoni f’deċiżjoni preċedenti għandhom għaldaqstant jibqgħu mingħajr effett fuq l-evalwazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni, ma tistax tiġi mċaħħda mill-possibbiltà li tiffissa kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà iktar stretti mid-deċiżjonijiet preċedenti jekk l-evoluzzjoni tas-suq komuni u l-għan ta’ kompetizzjoni mhux distorta fih jitolbu dan, peress li l-operaturi ekonomiċi ma humiex iġġustifikati li jifformaw aspettattivi leġittimi fiż-żamma ta’ sitwazzjoni eżistenti, li tista’ tiġi mibdula fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(ara l-punti 368, 369)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 372)

15.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 387-399)