Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottubru 2011 - Seven vs UASI - Seven for all mankind (SEVEN FOR ALL MANKIND)

(Kawża T-176/10) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat- trade mark Komunitarja verbali SEVEN FOR ALL MANKIND - Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti li fihom l-element 'seven' - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Seven for all mankind LLC (Vernon, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Gautier-Sauvagnac, avukat, B. Guimberteau, avukat, M. Choukroun, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Jannar 2010 (Każ R 1514/2008-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Seven SpA u Seven for all mankind LLC.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta' Jannar 2010 (Każ R 1514/200-2) huwa annullat.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Seven SpA fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u dawk li hija sostniet fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Seven for all mankind LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 161, 19.6.2010.