Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' April 2010 - Seven vs UASI - Seven for all mankind (SEVEN FOR ALL MANKIND)

(Kawża T-176/10)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Seven SpA (Leinì, l-Italja) (rappreżentant: L. Trevisan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Seven for all mankind LLC

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tat-28 ta' Jannar 2010.

tikkundanna lill-UASI sabiex, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati wkoll l-ispejjeż sostnuti minn SEVEN SPA f'din il-proċedura u f'dik quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: SEVEN FOR ALL MANKIND LLC

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "SEVEN FOR ALL MANKIND" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.443.222) għal prodotti fil-klassijiet 14 u 18.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: żewġ trade marks figurattivi Komunitarji (Nru 591.206 u Nru 3.489.234, għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25) u trade mark internazzjonali (Nru 731.654, għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 12, 14, 15, 16, 18, 20, 22, 25 u 28) li jinkludu l-element verbali "SEVEN".

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________