Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2024 – the airscreen company vs EUIPO – Moviescreens Rental (AIRSCREEN)

(Kawża T-210/24)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: the airscreen company GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, D. Mienert, J. Selbmann u K. Uzman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Moviescreens Rental GmbH (Damme, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AIRSCREEN – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 244 662

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 1809/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ġiet iddikjarata r-revoka tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 244 662;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________