Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2024 – Piping Hot vs EUIPO – Pripd (SEA BY PIPING HOT)

(Kawża T-202/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Piping Hot Ltd (Kowloon, Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: J. Mietzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pripd LLC (Ronkonkoma, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “SEA BY PIPING HOT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 536 921

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2024 fil-Każ R 1038/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara possibbli r-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni għall-oġġetti u għas-servizzi kkontestati kollha;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż quddiem il-Bord tal-Appell u għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________