Language of document : ECLI:EU:T:2012:587





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — L‑Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-194/10)

“Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Regolament (KE) Nru 607/2009 — Database E-Bacchus — Inklużjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta ‘Vinohradnícka oblast’ Tokaj’, bis-Slovakkja bħala l-pajjiż tal-oriġini — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura — Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Eżami ex officio mill-qorti (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 113) (ara l-punt 17)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Att li jipproduċi effetti legali vinkolanti — Evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti skont is-suġġett tal-att — Inklużjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta fir-reġistru elettroniku tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati mal-inbejjed (database E-Bacchus) — Denominazzjoni ta’ oriġini li tifforma parti mid-denominazzjonijiet diġà protetti abbażi tar-Regolament Nru 1493/1999 — Esklużjoni (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1493/1999, Nru 1234/2007, Artikolu 118s u 118n, u Nru 607/2009, Artikolu 73(2)) (ara l-punti 18-39)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-inklużjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Vinohradnícka oblast’ Tokaj”, li tinsab, bis-Slovakkja bħala l-pajjiż tal-oriġini, fir-registru elettroniku tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati mal-inbejjed (database E-Bacchus).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.