Rikors ippreżentat fit-8 ta Marzu 2024 – CU vs SEAE
(Kawża T-145/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CU (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenut: Servizz Ewropew Għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttetriċi tal-Baġit u r-Riżorsi Umani tal-5 ta’ Mejju 2023 li tiċħad it-talba tagħha għall-għajnuna ppreżentata fit-18 ta’ Frar 2021 taħt l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal ;
tikkundanna lill-konvenut jikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu psikoloġiku li jirriżulta min-nuqqasijiet tiegħu, evalwat ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 25,000;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-terminu raġonevoli, id-dmir ta’ assistenza u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba minħabba t-tul tal-investigazzjoni, iż-żmien meħud biex tiġi pproċessata t-talba għal assistenza iżda wkoll in-nuqqas ta’ pproċessar tal-ilment imressaq kontra d- Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju li jiġġustifikaw il-ħlas ta’ kumpens.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt li wieħed jinstema’ b’mod effettiv u utli, in-nuqqas ta’ imparzjalità u l-ksur tad-dritt għal proċedura ġusta u d-dritt li wieħed jibbenefika minn investigazzjoni sħiħa mwettqa għall-inkriminanazzjoni u skaġunament.
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-allegazzjonijiet li saru, il-kunċett ta’ fastidju u dak li għandu jitqies bħala aġir abbużiv iżda wkoll ir-responsabbiltajiet individwali u kollettivi kkonċernati.
____________