Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Sophienwald vs EUIPO - Zalto Glas (SW Sophienwald)

(Kawża T-597/22)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Sophienwald AG (Vaduz, il-Liechtenstein) (rappreżentant: J. Hellenbrand avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zalto Glas GmbH (Gmünd, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Sw Sophienwald – Trade mark tal-Unjoni Nru 13 448 981

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 2113/2021-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali u tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ arbitrarjetà.

____________