Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Ottubru 2009 - ancotel vs UASI - Acotel (ancotel)

(Kawża T-408/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ancotel GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Truelsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Acotel SpA (Ruma, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tad-19 ta' Ġunju 2009, fil-Każ R 1385/2008-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "ancotel" għal servizzi fil-klassijiet 35 u 38 (Applikazzjoni Nru 3 314 424)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Acotel SpA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: b'mod partikolari, it-trade mark figurattiva Taljana Nru 643 751 u t-trade mark figurattiva Komunitarja Nru 1 442 268 "ACOTEL" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1 peress li m'hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)