Language of document : ECLI:EU:T:2011:200





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 – SIMS – École de ski internationale vs UASI – SNMSF (esf école du ski français)

(Kawża T‑41/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva esf école du ski français – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Emblema ta’ Stat – Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 6 ter tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi – Trade mark ta’ natura li tqarraq lill-pubbliku – Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li għandhom jiġu rrifjutati bis-saħħa tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Protezzjoni tal-emblemi tal-Istat u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali - Estensjoni tal-protezzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(h)) (ara l-punt 20)

2.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li għandhom jiġu rrifjutati bis-saħħa tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Protezzjoni tal-emblemi tal-Istat u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali - Imitazzjoni mil-lat eraldiku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(h)) (ara l-punti 21-25)

3.                     Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(g) u (h) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(g) u (h) u 52(1)(a)) (ara l-punti 27, 37, 52-54, 63, 64)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2009 (Każ R 235/2009‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn is-Syndicat international des moniteurs de ski – École de ski internationale (SIMS – École de ski internationale) u s-Syndicat national des moniteurs du ski français (SNMSF).

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:

Trade mark figurattiva esf école du ski français għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28 u 41 – trade mark Komunitarja Nru 4624987

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:

Syndicat national des moniteurs du ski français (SNMSF)

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:

Syndicat international des moniteurs de ski – École de ski internationale (SIMS – École de ski internationale)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:

Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell tal-appellanti miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Is-Syndicat international des moniteurs de ski – École de ski internationale (SIMS – École de ski internationale), huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI).

3)

Is-Syndicat national des moniteurs du ski français għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.