Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Diċembru 2012 - Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX-MOUCHES)

(Kawża T-553/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des bateaux mouches SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta' Ottubru 2012, fil-Każ R 1709/2011-2;

tbiddel id-deċiżjoni;

tikkundanna lill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li fiha l-elementi verbali "BATEAUX-MOUCHES" għal servizzi fil-klassijiet 39, 41 u 43 - applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru°5 666 631

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________