Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Diċembru 2012 - bachmeier vs UASI (oto-soft)

(Kawża T-550/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: bachmeier GmbH & Co. KG (Ramsau b. Berchtesgaden, Ġermanja) (rappreżentant: D. Donath, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta' Ottubru 2012, fil-Każ R 1784/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "oto-soft" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 7, 8, 10, 41 u 44 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 836 081

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________