Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2014 – Oracle America vs UASI – Aava Mobile (AAVA MOBILE)

(Kawża T-554/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AAVA MOBILE – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti JAVA – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ probabbiltà ta’ assoċjazzjoni – Rabta bejn is-sinjali – Reputazzjoni – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Oracle America, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Graf u T. Heydn, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina u P. Bullock, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aava Mobile Oy (Oulu, il-Finlandja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI (Każ R 1205/2011-2), tad-9 ta’ Ottubru 2012, dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Oracle America, Inc. u Aava Mobile Oy.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Oracle America, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.