Language of document : ECLI:EU:T:2013:120





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013 — North Drilling vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑552/12 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 9-11, 30, 31)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti — Oneru tal-prova — Neċessità li tingħata stampa fidila u globali tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 15-18)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Miżuri ta’ ffriżar ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi — Teħid inkunsiderazzjoni tal-għan tal-iffriżar u tan-neċessità li tiġi żgurata l-effettività tiegħu (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413) (ara l-punti 21-25)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Dannu li jista’ jiġi kkumpensat bl-għoti ta’ kumpens fil-kuntest tar-rikors fil-kawża prinċipali — Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE, 279 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 26)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Deċiżjoni ta’ ffriżar tal-assi fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu — Ġurisdizzjoni tal-qorti Komunitarja sabiex tannulla l-att mhux qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell — Interess tar-rikorrent li ma huwiex suġġett għall-protezzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikolu 278 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 107(3); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413) (ara l-punti 30, 33, 36, 37)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), sa fejn isem ir-rikorrenti ġie inkluż fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), sa fejn dan ir-regolament jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.