Language of document : ECLI:EU:T:2014:264





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Mejju 2014 — Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX-MOUCHES)


(Kawża T‑553/12)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BATEAUX-MOUCHES — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza ta’ karattru deskrittiv miksub bl-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Data rilevanti għall-eżami ta’ raġuni assoluta għal rifjut — Data tal-preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)) (ara l-punt 23)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Eżami separat tad-diversi raġunijiet għal rifjut — Interpretazzjoni tar-raġunijiet għal rifjut fid-dawl tal-interess ġenerali li huwa l-bażi ta’ kull waħda minnhom (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 32)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 33-36)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Eċċezzjoni — Kisba tal-karattru distintiv bl-użu — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(3)) (ara l-punti 58-61)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal — Teħid inkunsiderazzjoni tal-unika leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi — Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-organi tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/95) (ara l-punt 72)

6.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Legalità — Eżami mill-qorti tal-Unjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 74)

7.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 74)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1709/2011‑2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BATEAUX-MOUCHES bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.