Language of document : ECLI:EU:T:2011:394

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

15 ta’ Lulju 2011

Kawża T-366/10 P

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati — Eċċezzjoni ta’ rikors parallel — Difetti proċedurali — Drittijiet tad-difiża — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-22 ta’ Ġunju 2010, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (F‑78/09), intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni:      L-appell huwa miċħud. L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

Proċedura — Spejjeż — Taxxa — Proċedura speċifika li teskludi l-użu ta’ proċedura għad-danni

(Artikolu 236 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 92(1); Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

Il-proċedura speċifika, prevista fl-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, għall-intaxxar tal-ispejjeż, hija intiża esklużivament għall-ħlas lura tal-istess ammonti, jew ammonti li tħallsu għall-istess finijiet, fil-kuntest ta’ kawża li tinvolvi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju fil-kuntest ta’ kawża li tinvolvi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ istituzzjoni tal-Unjoni bħala persuna li timpjega uffiċjal ma tikkostitwixxix ksur tal-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li r-relazzjoni statutorja li hemm bejn il-partijiet hija indipendenti mill-fatt li l-leġiżlatur stabbilixxa, fir-rigward tal-intaxxar ta’ spejjeż, proċedura speċifika prevista fl-Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li japplika mingħajr eċċezzjoni għar-rikorsi dwar is-servizz pubbliku.

(ara l-punti 27, 30 u 31)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali: 27 ta’ Ġunju 2001, X vs Il-Kummissjoni, T-214/00, ĠabraSP p. I-A-143 u II-663, punti 37 u 38