Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-81/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni tas-sena 2012.
Talbiet tar-rikorrent
jannulla d-deċiżjoni, ikkomunikata permezz tal-Informazzjoni Amministrattiva Nru 27-2012, tas-26 ta’ Ottubru 2012, li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2012;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.