Language of document :

Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2013 – ZZ vs Europol

(Kawża F-1/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti għal żmien mhux determinat u l-kundanna tal-Europol għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li għaliha r-rikorrenti setgħet kienet intitolata li tirċievi li kieku baqgħet taħdem mal-Europol u kull allowance oħra li hija effettivament irċieviet.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-konvenut fid-29 ta’ Frar 2012 li permezz tagħha l-konvenut informa lir-rikorrenti li huwa ma huwiex ser iġġedded il-kuntratt tagħha għal żmien determinat li jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2012;jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrenti id-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tar-remunerazzjoni li setgħet tkun intitolata għaliha li kieku baqgħet taħdem fi ħdanu u, min-naħa l-oħra, l-ammont tar-remunerazzjoni, ta’ onorarji, ta’ allowances tal-qgħad jew ta’ kwalunkwe allowance oħra sostituttiva li hija effettivament irċieviet mill-1 ta’ Ġunju 2012 minflok ir-remunerazzjoni li hija tirċievi bħala aġent temporanju ;tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.