Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' April 2013 - GRP Security vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-87/11) 

("Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Servizzi ta' sorveljanza u ta' għassa mal-bini tal-Qorti tal-Awdituri - Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta' rexissjoni unilaterali tal-kuntratt flimkien ma' talba għall-ħlas ta' danni - Att ta' natura kuntrattwali - Assenza ta' klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors - Inammissibbiltà - Deċiżjoni li timponi sanzjoni ta' esklużjoni għal tliet xhur - Interess ġuridiku - Drittijiet tad-difiża - Nuqqas serju ta' eżekuzzjoni tal-obbligi - Nulla poena sine lege - Użu ħażin ta' poter - Proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: GRP Security (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Osch, sussegwentement minn C. Arendt u M. Larbi, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn T. Kennedy, J.-M. Stenier u J. Vermer, sussegwentement minn M. Kennedy u J. Vermer, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-14 ta' Jannar 2011 dwar ir-rexissjoni unilaterali tal-kuntratt-qafas għal servizz "Servizzi diversi ta' sigurtà", LOG/2026/10/02 u talba għall-ħlas ta' danni u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta' Jannar 2011 dwar sanzjoni ta' esklużjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

GRP Security hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 120, 16.04.2011.