Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – InnoLux vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-91/11) 1
(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq dinji ta’ skrins li jitwaħħlu magħmula minn kristalli likwidi (LCD) – Ftehim u prattiki miftiehma fil-qasam ta’ prezz u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni – Kompetenza territorjali – Bejgħ intern – Bejgħ ta’ prodotti lesti li jintegraw il-prodotti suġġetti għal kartell – Ksur uniku u kontinwu – Multi – Metodu ta’ arrotondament – Ġurisdizzjoni sħiħa”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp. (Zhunan, it-Tajwan) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, avukat, u R. Burton, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, F. Ronkes Agerbeek u A. Biolan, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.309 – LCD), u tat-tnaqqas tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
L-ammont tal-multa imposta fuq InnoLux Corp., li kienet Chimei InnoLux Corp., fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 8761 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.309 – LCD), huwa ffissat għal EUR 288 000 000
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
InnoLux hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 ĠU C 113, 09.04.2011.