Language of document : ECLI:EU:T:2013:161





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2013 — GRP Security vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T‑87/11)

“Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Servizzi ta’ sorveljanza u ta’ għassa mal-bini tal-Qorti tal-Awdituri — Rikors għal annullament — Deċiżjoni ta’ rexissjoni unilaterali tal-kuntratt flimkien ma’ talba għall-ħlas ta’ danni — Att ta’ natura kuntrattwali — Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors — Inammissibbiltà — Deċiżjoni li timponi sanzjoni ta’ esklużjoni għal tliet xhur — Interess ġuridiku — Drittijiet tad-difiża — Nuqqas serju ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi — Nulla poena sine lege — Użu ħażin ta’ poter — Proporzjonalità”

1.                     Rikors għal annullament — Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali — Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors — Kundizzjonijiet (Artikoli 263 TFUE, 272 TFUE u 288 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 29-32)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Talba li tibdel is-suġġett tat-tilwima fformulata għall-ewwel darba fir-replika — Talba mir-rikorrent għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-bażi legali tar-rikors — Inammissibbiltà (Artikoli 263 TFUE u 272 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2)) (ara l-punti 34, 37)

3.                     Rikors għal annullament — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Eżami ex officio mill-qorti (Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 113) (ara l-punt 43)

4.                     Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Dekadenza tad-deċiżjoni kkontestata wara l-preżentata tar-rikors — Assenza ta’ effett — Bażi ta’ eventwali rikors għad-danni — Żamma tal-interess ġuridiku (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 44-47)

5.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ kuntratti — Esklużjoni ta’ kuntratturi f’sitwazzjoni ta’ nuqqas serju ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi tagħhom — Setgħa diskrezzjonali tal-awtorità kontraenti li tikkonċerna n-nuqqas allegat u s-sanzjoni imposta (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 96(1)(b); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 133(1) u 134(b)) (ara l-punti 61, 78-80)

6.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors intiż għall-kumpens tad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni — Formola ġenerali li tagħti lir-rikorrent il-possibbiltà li jippreżenta rikorsi oħra — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 88, 89)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar ir-rexissjoni unilaterali tal-kuntratt-qafas għal servizz “Servizzi diversi ta’ sigurtà”, LOG/2026/10/02 u talba għall-ħlas ta’ danni u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar sanzjoni ta’ esklużjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GRP Security hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.