Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2015 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Vincci Hoteles (NANU)

(Kawża T-89/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja NANU – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NAMMU – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Nordemann u T. Boddien, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Vincci Hoteles, SA (Alcobendas, Spanja)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Novembru 2010 (Każ R 641/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vincci Hoteles, SA u Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co KG.DispożittivIr-rikors huwa miċħud. Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG hija kkundananta għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 113, 9.4.2011.