Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Novembru 2011 - Walton vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-37/08) 

("Implementazzjoni tal-baġit - Irkupru - Tpaċija tal-krediti - Effett retroattiv - Sentenza tal-Qorti Ġenerali li tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens suġġett għall-interessi - Kreditu ċert, likwidu u dovut")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Walton (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Beard, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentant: J. Currall, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta' Novembru 2007, sabiex tirkupra permezz ta' tpaċija s-somma ta' EUR 36 551.58 dovuta lilha mir-rikorrent.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2007 hija annullata sa fejn din tinkludi l-interessi inkorsi wara t-12 ta' Lulju 2007 fl-ammonti inklużi fit-tpaċija.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 92, 12.04.2008.