Language of document : ECLI:EU:T:2011:504





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Settembru 2011 – Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-34/08)

“Għajnuna finanzjarja mogħtija fil-kuntest tal-programm Daphné II – Determinazzjoni tal-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju – Żball ta’ evalwazzjoni”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati - Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors - Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 25, 26)

2.                     Baġit tal-Komunitajiet Ewropej - Għajnuna finanzjarja Komunitarja - Obbligu tal-benefiċjarju li josserva l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna - Finanzjament li jirrigwarda biss l-ispejjeż effettivament sostnuti - Ġustifikazzjoni tar-realtà tal-ispejjeż iddikjarati - Assenza - Spejjeż ineliġibbli (Artikolu 274 KE) (ara l-punti 45, 67)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Novembru 2007, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-ftehim ta’ għoti Daphné JAI/DAP/2004-2/052/W.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Novembru 2007, dwar in-nuqqas ta’ rikonoxximent parzjali tal-ispejjeż sostnuti mill-Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV fil-kuntest tal-ftehim ta’ għoti Daphné JAI/DAP/2004-2/052/W hija annullata sa fejn tikkonċerna l-ispejjeż marbuta mal-pożizzjonijiet A 6, A 39, A 40, A 41, A 43 u E 41.

2)

Il-Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung eV għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu u żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż sostnuti mill-Berliner Institut für Vergleichende Sozialforschung.