Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2011 - ZZ vs BEI

(Kawża F-95/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: N. Thieltgen, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-BEI li temenda l-kundizzjonijiet ta' eżerċizzju kif ukoll in-natura tal-funzjonijiet tar-rikorrenti u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-BEI li temenda l-kundizzjonijiet ta' eżerċizzju kif ukoll in-natura tal-funzjonijiet tar-rikorrenti;

tordna lill-BEI jassenja mill-ġdid lir-rikorrenti f'pożizzjoni skont il-grad u l-impjieg tagħha;

tikkonstata l-eżistenza ta' żbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-BEI;

tistabbilixxi r-responsabbiltà tal-BEI, fir-rigward tar-rikorrenti, għall-illegalità tad-deċiżjoni u għall-iżbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-BEI;

tikkundanna lill-BEI jikkumpensa d-danni fiżiċi, morali u materjali tar-rikorrenti li jirriżultaw mill-illegalità tad-deċiżjoni u mill-iżbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-Bank u l-kumpens għandu jinkludi interessi moratorji;

fir-rigward tal-illegalità tad-deċiżjoni:

fir-rigward tad-dannu morali: EUR 20 000;

fir-rigward tad-dannu materjali minħabba telf ta' remunerazzjoni; EUR 113 100;

fir-rigward tal-iżbalji tal-amministrazzjoni imputabbli lill-BEI:

fir-rigward tal-ksur mill-BEI tad-dmirijiet tiegħu ta' premura u ta' protezzjoni: EUR 119 100;

fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolamenti tal-Persunal: EUR 10 000;

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.

____________