Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Lulju 2009 - Hoo Hing vs UASI - Tresplain Investments (Golden Elephant Brand)

(Kawża T-300/08)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Artikolu 63(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Att li jilqa' t-talbiet kollha tar-rikorrenti - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hoo Hing Holdings Ltd (Romford, Essex, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Edenborough, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)

Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Tresplain Investments Ltd (Tsing Yi, Hong-Kong) (rappreżentant: D. McFarland, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Mejju 2008 (Każ R 889/2007-1) fir-rigward ta' proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Hoo Hing Holdings Ltd u Tresplain Investments Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Hoo Hing Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 247, 27.9.2008.