Language of document : ECLI:EU:T:2013:304





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2013 — Celtipharm vs UASI – Alliance Healthcare Franza (PHARMASTREET)

(Kawża T‑411/12)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PHARMASTREET — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PHARMASEE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17, 18, 39)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali PHARMASTREET u PHARMASEE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 21, 38, 41)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 25)

4.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata — Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3)) (ara l-punt 45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 767/2011‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Celtipharm u Alliance Healthcare France SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-26 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 767/2011-2) hija annullata.

2)

L-oppożizzjoni hija milqugħa f’dak li jikkonċerna l-prodotti fil-klassi 5 u li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni “prodotti farmaċewtiċi; sustanzi dijetetiċi għal użu mediku”, minn naħa, u s-servizzi fil-klassi 35 u li jikkorrispondu mad-deskrizzjoni “ġestjoni ta’ affarjijiet kummerċjali, amministrazzjoni kummerċjali u xogħlijiet tal-uffiċċju”, min-naħa l-oħra.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.