Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Duisburg (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2023 – FD vs Mercedes-Benz Group AG

(Kawża C-751/23, Mercedes-Benz Group)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Duisburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FD

Konvenut: Mercedes-Benz Group AG.

Domandi preliminari

F’każijiet fejn tip ta’ vettura bil-mutur kien suġġett għal approvazzjoni tat-tip tal-KE, tista’ tiġi eskluża jew għall-inqas limitata s-setgħa ta’ qorti ċivili ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li tagħti lix-xerrej ta’ vettura bil-mutur drittijiet għal kumpens b’mod partikolari kontra l-bejjiegħ u/jew il-manifattur tagħha, fejn skont l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur din ġiet immanifatturata u mqiegħda fis-suq abbażi ta’ din l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, minħabba li l-vettura kkonċernata ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni minnħabba f’ċerti ċirkustanzi dovuti għall-fatt tan-nuqqas ta’ konformità mat-tip approvat u/jew minħabba li l-approvazzjoni tat-tip tal-KE hija illegali, mingħajr ma tkun inħarġet dikjarazzjoni legalment vinkolanti minn waħda mill-awtoritajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE 1 wara l-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE li abbażi tagħha din il-vettura ġiet immanifatturata u mqiegħda fis-suq, li l-vettura inkwistjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni abbażi ta’ dawk l-istess ċirkustanzi u ta’ dawk l-istess raġunijiet, jiġifieri nuqqas ta’ konformità mat-tip approvat u/jew minħabba li l-approvazzjoni tat-tip tal-KE hija illegali?

2)    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

F’liema każijiet speċifiċi l-qrati ċivili ta’ Stat Membru huma preċiżament preklużi milli jagħtu lix-xerrej ta’ vettura bil-mutur drittijiet għal kumpens b’mod partikolari kontra l-bejjiegħ u/jew il-manifattur tagħha, fejn skont l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur din ġiet immanifatturata u mqiegħda fis-suq abbażi ta’ din l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, minħabba li l-vettura kkonċernata ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni minnħabba f’ċerti ċirkustanzi dovuti għall-fatt tan-nuqqas ta’ konformità mat-tip approvat u/jew minħabba li l-approvazzjoni tat-tip tal-KE hija illegali?

3)    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

Id-dritt tal-Unjoni jinkludi xi regoli dwar it-tqassim tal-oneru tal-allegazzjoni u tal-prova, it-tnaqqis tal-oneru tal-prova u tal-obbligi tal-partijiet fir-rigward tal-produzzjoni tal-prova dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet li fihom is-setgħa ta’ qorti ċivili ta’ Stat Membru, adita b’tilwima ċivili bejn ix-xerrej ta’ vettura bil-mutur u l-manifattur tagħha, li wkoll biegħ din lix-xerrej, fir-rigward ta’ obbligu tal-manifattur ta’ kumpens lix-xerrej, li tirrikonoxxi lix-xerrej ta’ vettura bil-mutur drittijiet għal kumpens minħabba li din il-vettura ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni minnħabba nuqqas ta’ konformità mat-tip approvat u/jew minħabba li l-approvazzjoni tat-tip tal-KE hija illegali?

4)    Fil-każ li r-risposta għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv u sa fejn jeżistu rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni:

Kif għandu jiġi kkunsidrat it-tqassim tal-oneru tal-allegazzjoni taħt id-dritt tal-Unjoni?

Kif għandu jiġi kkunsidrat it-tqassim tal-oneru tal-prova taħt id-dritt tal-Unjoni?

B’mod partikolari, għandu jiġi previst tnaqqis fl-oneru tal-prova għal parti waħda jew l-oħra? Jekk iva, liema?

Parti waħda jew l-oħra għandha twettaq xi obbligi fil-kuntest tal-produzzjoni tal-prova tal-kundizzjonijiet inkwistjoni? Jekk iva, liema? Sa fejn għandu jkun hemm obbligi, liema huma l-konsegwenzi legali li d-dritt tal-Unjoni jorbot man-nuqqas ta’ twettiq ta’ dawn l-obbligi minn parti waħda jew l-oħra?

5)    Fil-każ li tkun inħarġet dikjarazzjoni legalment vinkolanti minn waħda mill-awtoritajiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament 2018/858, minnħabba f’ċerti ċirkustanzi preċiżi dovuti għall-fatt tan-nuqqas ta’ konformità mat-tip approvat u/jew minħabba li l-approvazzjoni tat-tip tal-KE hija illegali, tista’ tiġi eskluża jew għall-inqas limitata s-setgħa ta’ qorti ċivili ta’ Stat Membru tal-Unjoni, li tirrifjuta lix-xerrej ta’ din il-vettura bil-mutur dritt għal kumpens kontra l-bejjiegħ/il-manifattur tagħha, minħabba li, kuntrarjament għal din id-dikjarazzjoni legalment vinkolanti, il-vettura bil-mutur inkwistjoni tissodisfa biżżejjed, għal raġunijiet ta’ fatt u/jew ta’ dritt, ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni?

6)    Fil-każ li r-risposta għall-ħames domanda tkun fl-affermattiv:

F’liema każijiet il-qrati ċivili ta’ Stat Membru huma preċiżament preklużi milli jirrifjutaw lix-xerrej ta’ din il-vettura bil-mutur dritt għal kumpens kontra l-bejjegħ/il-manifattur tagħha għar-raġuni li, minkejja din id-dikjarazzjoni legalment vinkolanti, għal raġunijiet ta’ fatt u/jew ta’ dritt, il-vettura bil-mutur inkwistjoni tissodisfa perfettament ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni?

B’mod partikolari: il-limitazzjoni tas-setgħa tal-qorti ċivili ta’ Stat Membru f’dawn il-każijiet testendi biss għal rifjut tad-dritt għal kumpens għal raġunijiet ta’ fatt jew unikament għal rifjut tad-dritt għal kumpens għal raġunijiet ta’ dritt jew kemm għal rifjut tad-dritt għal kumpens għal raġunijiet ta’ fatt kif ukoll għal rifjut tad-dritt għal kumpens għal raġunijiet ta’ dritt?

7)    Taħt liema kundizzjonijiet japplikaw il-valuri limitu tal-emissjonijiet ta’ gass tal-egżost stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi 1 għall-vetturi bil-mutur li jaqgħu taħt l-istandard Euro 5?

8)    Sa fejn, skont il-kontenut tar-risposti għall-ewwel sas-sitt domanda, jistgħu jiġu previsti sitwazzjonijiet li fihom qorti ċivili ta’ Stat Membru, adita b’tilwima li x-xerrej ta’ vettura bil-mutur ikun beda fil-konfront tal-manifattur u/jew il-bejjiegħ tagħha, dwar dritt għal kumpens tax-xerrej kontra dan tal-aħħar minħabba allegat nuqqas ta’ konformità tal-vettura mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, tista’ tiddetermina b’mod awtonomu jekk il-vettura inkwistjoni tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-osservanza tal-valuri limitu fil-qasam tal-emissjonijiet tal-egżost:

Id-dritt tal-Unjoni jinkludi regoli dwar it-tqassim tal-oneru tal-prova, it-tnaqqis tal-oneru tal-prova u l-obbligi tal-partijiet fil-kuntest tal-produzzjoni tal-prova intiżi sabiex jiġi ddeterminat jekk fil-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jiġu osservati l-valuri limitu stabbiliti għalihom, l-emissjonijiet tal-egżost tal-vetturi bil-mutur josservawx dawn il-valuri ta’ limitu, fil-kuntest ta’ kawża ċivili bejn ix-xerrej ta’ vettura bil-mutur u l-manifattur tagħha dwar dritt għal kumpens tax-xerrej kontra dan tal-aħħar minħabba li l-vettura allegatament taqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet tal-egżost previsti mil-liġi, f’ċirkustanzi li fihom dawn għandhom jiġu osservati?

9)    Fil-każ li r-risposta għat-tmien domanda tkun fl-affermattiv u sa fejn jeżistu rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni:

Kif għandu jiġi kkunsidrat it-tqassim tal-oneru tal-prova taħt id-dritt tal-Unjoni?

B’mod partikolari, għandu jiġi previst tnaqqis fl-oneru tal-prova għal parti waħda jew l-oħra? Jekk iva, liema?

Parti waħda jew l-oħra għandha twettaq xi obbligi fil-kuntest tal-produzzjoni tal-prova? Jekk iva, liema?

Sa fejn għandu jkun hemm obbligi, liema huma l-konsegwenzi legali li d-dritt tal-Unjoni jorbot man-nuqqas ta’ twettiq ta’ dawn l-obbligi minn parti waħda jew l-oħra?

Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeżistu differenzi skont jekk id-dritt għal kumpens eżerċitat huwiex ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet kuntrattwali jew fuq att illegali? Jekk iva, liema?

10)    Element tad-disinn f’vettura bil-mutur li jħoss t-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), it-transmission gear, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor sabiex jaġġusta, skont ir-riżultat ta’ din l-identifikazzjoni, il-parametri tal-proċess ta’ kombustjoni fil-magna, jista’ jnaqqas l-effettività tas-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007, u, għaldaqstant, jikkostitwixxi apparat ta’ manipulazzjoni fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007, meta t-tibdil tal-parametri tal-proċess ta’ kombustjoni skont ir-riżultat tal-identifikazzjoni magħmula mill-element tad-disinn, minn naħa, ċertament iżid l-emissjonijiet ta’ sustanza waħda jew iktar ta’ ħsara, pereżempju l-ossidu tan-nitroġenu, iżda, min-naħa l-oħra, inaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanza waħda oħra jew iktar ta’ ħsara, pereżempju bħall-partikolat, l-idrokarburi, il-monossidu tal-karbonju u/jew id-diossidu tal-karbonju?

11)    Fil-każ li r-risposta għall-għaxar domanda tkun fl-affermattiv:

Taħt liema kundizzjonijiet l-element tad-disinn jikkostitwixxi, f’tali każ, apparat ta’ manipulazzjoni?

12)    Ċirkwit jew kontroll ta’ vettura bil-mutur li jimmodifika l-parametri tal-proċess ta’ kombustjoni li, minn naħa, iżid l-emissjonijiet ta’ sustanza waħda jew iktar ta’ ħsara, pereżempju l-ossidi tan-nitroġenu, iżda fl-istess ħin, min-naħa l-oħra, inaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanza waħda oħra jew iktar ta’ ħsara, pereżempju bħall-partikolat, l-idrokarburi, il-monossidu tal-karbonju u/jew id-diossidu tal-karbonju, jista’ jkun illegali taħt id-dritt Ewropew taħt aspetti differenti minn dak tal-preżenza ta’ apparat ta’ manipulazzjoni fis-sens tal-punt  10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007

13)    Fil-każ li r-risposta għat-tnax-il domanda tkun fl-affermattiv:

Taħt liema kundizzjonijiet dan huwa l-każ?

14)    Fil-każ li r-risposta għall-għaxar domanda tkun fl-affermattiv:

Apparat ta’ manipulazzjoni, fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007, huwa awtorizzat fis-sens tal-punt (a) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-regolament, meta dan l-apparat ma jkunx neċessarju għall-protezzjoni tal-magna minn ħsara jew inċident, iżda jkun madankollu neċessarju għat-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura bil-mutur?

15)    Sa fejn, skont il-kontenut tar-risposti għall-ewwel sas-sitt domanda, jistgħu jiġu previsti sitwazzjonijiet li fihom qorti ċivili ta’ Stat Membru, adita b’tilwima li x-xerrej ta’ vettura bil-mutur ikun beda fil-konfront tal-manifattur u/jew il-bejjiegħ tagħha, dwar dritt għal kumpens tax-xerrej kontra dan tal-aħħar minħabba allegat nuqqas ta’ konformità tal-vettura mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, tista’ tiddetermina b’mod awtonomu jekk il-vettura inkwistjoni tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni dwar ċ-ċirkwiti u kontrolli li huma installati hemmhekk:

u, fl-istess ħin,

barra minn hekk, fil-każ li r-risposta għall-għaxar domanda tkun ukoll fl-affermattiv:

Id-dritt tal-Unjoni jinkludi regoli dwar l-oneru tal-prova, it-tnaqqis tal-oneru tal-prova u l-obbligi tal-partijiet fil-kuntest tal-produzzjoni tal-prova f’tilwima ċivili li x-xerrej ta’ vettura bil-mutur beda fil-konfront tal-manifattur tagħha, dwar dritt għal kumpens tax-xerrej kontra dan tal-aħħar minħabba apparat ta’ manipulazzjoni illegali fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007, li allegatament huwa installat fuq din il-vettura, sa fejn il-partijiet ma jaqblux fuq il-fatti li minnhom jirriżultaw il-preżenza tal-apparat ta’ manipulazzjoni u n-natura illegali tiegħu, meta l-manifattur huwa wkoll dak li mingħandu x-xerrej xtara l-vettura?

16)    Fil-każ li r-risposta għall-ħmistax-il domanda tkun fl-affermattiv u sa fejn jeżistu rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni:

Kif għandu jiġi kkunsidrat it-tqassim tal-oneru tal-prova ta’ dan il-punt taħt id-dritt tal-Unjoni?

B’mod partikolari, għandu jiġi previst tnaqqis fl-oneru tal-prova għal parti waħda jew l-oħra? Jekk iva, liema?

Parti waħda jew l-oħra għandha twettaq xi obbligi fil-kuntest tal-produzzjoni tal-prova? Jekk iva, liema?

Sa fejn għandu jkun hemm obbligi, liema huma l-konsegwenzi legali li d-dritt tal-Unjoni jorbot man-nuqqas ta’ twettiq ta’ dawn l-obbligi minn parti waħda jew l-oħra?

Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeżistu differenzi skont jekk id-dritt għal kumpens eżerċitat huwiex ibbażat fuq ksur kuntrattwali jew fuq att illegali? Jekk iva, liema?

17)    Sa fejn, skont il-kontenut tar-risposti għall-ewwel sas-sitt domanda, jistgħu jiġu previsti sitwazzjonijiet li fihom qorti ċivili ta’ Stat Membru, adita b’tilwima li x-xerrej ta’ vettura bil-mutur ikun beda fil-konfront tal-manifattur u/jew tal-bejjiegħ tagħha, dwar dritt għal kumpens tax-xerrej kontra dan tal-aħħar minħabba allegat nuqqas ta’ konformità tal-vettura mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, tista’ tiddetermina b’mod awtonomu jekk il-vettura inkwistjoni tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni dwar ċ-ċirkwiti u kontrolli li huma installati hemmhekk

u, fl-istess ħin,

barra minn hekk, fil-każ li r-risposta għat-tnax-il domanda tkun ukoll fl-affermattiv:

Id-dritt tal-Unjoni jinkludi regoli dwar it-tqassim tal-oneru tal-prova, it-tnaqqis tal-oneru tal-prova u l-obbligi tal-partijiet fil-kuntest tal-produzzjoni tal-prova f’tilwima ċivili li x-xerrej ta’ vettura bil-mutur beda fil-konfront tal-manifattur tagħha, dwar dritt għal kumpens tax-xerrej kontra dan tal-aħħar minħabba ċirkwit jew kontroll li allegatament huwa installat fuq din il-vettura, li għalkemm ma huwiex ikklassifikat bħala apparat ta’ manipulazzjoni fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007, huwa illegali għal raġunijiet oħra, sa fejn il-partijiet ma jaqblux fuq il-fatti li minnhom jirriżultaw il-preżenza ta’ ċirkwit jew kontroll u n-natura illegali tagħhom, meta l-manifattur huwa wkoll dak li mingħandu x-xerrej xtara l-vettura?

18)    Fil-każ li r-risposta għas-sbatax-il domanda tkun fl-affermattiv u sa fejn jeżistu rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni:

Kif għandu jiġi kkunsidrat it-tqassim tal-oneru tal-prova ta’ dan il-punt taħt id-dritt tal-Unjoni?

B’mod partikolari, għandu jiġi previst tnaqqis fl-oneru tal-prova għal parti waħda jew l-oħra? Jekk iva, liema?

Parti waħda jew l-oħra għandha twettaq xi obbligi fil-kuntest tal-produzzjoni tal-prova? Jekk iva, liema?

Sa fejn għandu jkun hemm obbligi, liema huma l-konsegwenzi legali li d-dritt tal-Unjoni jorbot man-nuqqas ta’ twettiq ta’ dawn l-obbligi minn parti waħda jew l-oħra?

Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeżistu differenzi skont jekk id-dritt għal kumpens eżerċitat huwiex ibbażat fuq ksur kuntrattwali jew fuq att illegali? Jekk iva, liema?

19)    Għandhom id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1), u l-punt 36 tal-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, kif ukoll id-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri fuq il-bażi tagħhom, għandhom ukoll l-iskop li jipproteġu b’mod sistematiku jew tal-inqas f’ċerti każijiet, lix-xerrej individwali ta’ vettura bil-mutur, irrispettivament mingħand min ikun xtara l-vettura, anki fil-konfront tal-manifattur tagħha, kontra x-xiri ekonomikament żvantaġġuż ta’ vettura bil-mutur li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni u li ma kienx jixtri kieku kien jaf li din il-vettura ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, peress li huwa ma kienx ikun iridha f’tali każ u sabiex jiġi wkoll evitat li jibqa’ marbut, anki jekk parzjalment, għall-konsegwenzi tagħha, anki jekk parzjalment, kif ukoll milli jkun responsabbli għall-ispejjeż li b’mod raġonevoli jirriżultaw mill-fatt li jinvoka eżenzjoni totali minn dan ix-xiri mhux mixtieq? Jekk dan ikun il-każ biss f’ċerti każijiet u/jew sa ċertu punt biss, f’liema każijiet u/jew sa liema punt dan kien ikun il-każ?

20)    Indipendentement mir-risposta għad-dsatax il domanda iktar ’il fuq, huwa neċessarju sistematikament jew għall-inqas f’ċerti każijiet, għal raġunijiet oħra bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, li r-responsabbiltà tal-manifattur ta’ vettura bil-mutur li kiser id-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri fuq il-bażi tal-Artikolu 18(1), tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1) u tal-punt 36 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46, peress li jkun ħareġ ċertifikat ta’ konformità mhux preċiż, li jkollu l-obbligu li jikkumpensa b’mod sħiħ lix-xerrej, irrispettivament mingħand min ix-xerrej ikun xtara l-vettura, mill-konsegwenzi tax-xiri ekonomikament żvantaġġuż għalih li jirriżulta minn dan il-ksur, ta’ vettura bil-mutur li ma hijiex konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni li huwa ma kienx ikun iridha li kieku kien jaf li din ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, u għalhekk li jirrimborsah, b’mod partikolari, jekk huwa jitlob dan, għall-ispejjeż għax-xiri tal-vettura, fuq talba tiegħu, kif ukoll għall-kunsinna tal-vettura u għat-trasferiment tagħha, bit-tnaqqis tal-valur ta’ kwalunkwe benefiċċju ieħor li x-xerrej seta’ eventwalment kiseb permezz tax-xiri tal-vettura, u barra minn hekk, li jirrimborsah ukoll l-ispejjeż raġonevoli li huwa ġarrab sabiex jasserixxi d-dritt tiegħu għar-rimbors tal-ispejjeż tax-xiri tal-vettura? Jekk dan ikun il-każ biss f’ċerti każijiet u/jew sa ċertu punt biss, f’liema każijiet u/jew sa liema punt dan kien ikun il-każ?

21)    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel parti tad-dsatax-il-domanda tkun fl-affermattiv f’ċerti każijiet biss:

Id-dritt tal-Unjoni jinkludi regoli dwar it-tqassim tal-oneru tal-prova, it-tnaqqis tal-oneru tal-prova u l-obbligi tal-partijiet fil-kuntest tal-produzzjoni tal-prova dwar il-kwistjoni li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet f’sitwazzjoni fejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/46 u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1) u l-punt 36 tal-Artikolu 3 tagħha, kif ukoll d-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati mill-Istati Membri fuq il-bażi tagħhom, għandhom ukoll l-għan li jipproteġu lix-xerrej individwali ta’ vettura bil-mutur fil-konfront tal-manifattur tagħha kontra x-xiri ekonomikament żvantaġġuż għalih, ta’ vettura bil-mutur li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni li huwa ma kienx ikun iridha li kieku kien jaf li din ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, u sabiex jiġi wkoll evitat li jibqa’ marbut, anki jekk parzjalment, għall-konsegwenzi tagħha, anki jekk parzjalment, kif ukoll milli jkun responsabbli għall-ispejjeż li b’mod raġonevoli jirriżultaw mill-fatt li jinvoka eżenzjoni totali minn dan ix-xiri mhux mixtieq, f’kawża ċivili bejn ix-xerrej ta’ vettura u l-manifattur tagħha, li ġie hekk mħarrek, dwar dritt għal kumpens tax-xerrej kontra dan tal-aħħar minħabba l-istat allegatament illegali tal-vettura?

22)    Fil-każ li r-risposta għall-wieħed u għoxrin domanda tkun fl-affermattiv u sa fejn jeżistu rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni:

Kif għandu jiġi kkunsidrat it-tqassim tal-oneru tal-prova ta’ dan il-punt taħt id-dritt tal-Unjoni?

B’mod partikolari, għandu jiġi previst tnaqqis fl-oneru tal-prova għal parti waħda jew l-oħra? Jekk iva, liema?

Parti waħda jew l-oħra għandha twettaq xi obbligi fil-kuntest tal-produzzjoni tal-prova? Jekk iva, liema?

Sa fejn għandu jkun hemm obbligi, liema huma l-konsegwenzi legali li d-dritt tal-Unjoni jorbot man-nuqqas ta’ twettiq ta’ dawn l-obbligi minn parti waħda jew l-oħra?

23)    Fil-każ li r-risposta għall-ewwel parti tal-għoxrin domanda tkun fl-affermattiv f’ċerti każijiet biss:

Id-dritt tal-Unjoni jinkludi regoli dwar it-tqassim tal-oneru tal-prova, it-tnaqqis tal-oneru tal-prova u l-obbligi tal-partijiet fil-kuntest tal-produzzjoni tal-prova dwar il-kwistjoni li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet f’sitwazzjoni fejn, bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni għal raġunijiet differenti minn dawk deskritti fid-dsatax-il domanda, il-manifattur ta’ vettura bil-mutur li jkun kiser id-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri abbażi tal-Artikolu 18(1), tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1), u tal-punt 36 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46, peress li jkun ħareġ ċertifikat ta’ konformità mhux preċiż, għandu l-obbligu li jikkumpensa b’mod sħiħ lix-xerrej, mill-konsegwenzi tax-xiri li jirriżulta minn dan il-ksur, ta’ vettura bil-mutur li ma hijiex konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni li huwa ma kienx ikun iridha li kieku kien jaf li din ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, u għalhekk li jirrimborsah, b’mod partikolari, jekk huwa jitlob dan, għall-ispejjeż għax-xiri tal-vettura, kif ukoll għall-kunsinna tal-vettura u għat-trasferiment tagħha, bit-tnaqqis tal-valur ta’ kwalunkwe benefiċċju ieħor li x-xerrej seta’ eventwalment kiseb permezz tax-xiri tal-vettura, u barra minn hekk, li jirrimborsah ukoll l-ispejjeż raġonevoli li huwa ġarrab sabiex jasserixxi d-dritt tiegħu għar-rimbors tal-ispejjeż tax-xiri tal-vettura f’kawża ċivili bejn ix-xerrej ta’ vettura u l-manifattur tagħha, li ġie hekk mħarrek, dwar dritt għal kumpens tax-xerrej kontra dan tal-aħħar minħabba l-istat allegatament illegali tal-vettura?

24)    Fil-każ li r-risposta għat-tlieta u għoxrin domanda tkun fl-affermattiv u sa fejn jeżistu rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni:

Kif għandu jiġi kkunsidrat it-tqassim tal-oneru tal-prova ta’ dan il-punt taħt id-dritt tal-Unjoni?

B’mod partikolari, għandu jiġi previst tnaqqis fl-oneru tal-prova għal parti waħda jew l-oħra? Jekk iva, liema?

Parti waħda jew l-oħra għandha twettaq xi obbligi fil-kuntest tal-produzzjoni tal-prova? Jekk iva, liema?

Sa fejn għandu jkun hemm obbligi, liema huma l-konsegwenzi legali li d-dritt tal-Unjoni jorbot man-nuqqas ta’ twettiq ta’ dawn l-obbligi minn parti waħda jew l-oħra?

25)    Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jimponi, fil-każijiet fejn ix-xerrej ta’ vettura bil-mutur, minħabba il-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ konformità li jindika b’mod żbaljat li din hija konformi mal-atti legali kollha fil-mument tal-manifattura tagħha, l-obbligu lill-manifattur li jikkumpensa lix-xerrej tal-vettura bil-mutur permezz ta’ kumpens minimu, bit-tnaqqis tal-valur ta’ kwalunkwe benefiċċju ieħor li jirriżulta mix-xiri, anki jekk, fil-fatt, ix-xerrej ma ġarrab ebda dannu jew ġarrab biss dannu żgħir, anki jekk ma jittieħedx inkunsiderazzjoni l-kumpens għal kwalunkwe benefiċċju? Jekk dan ikun il-każ biss f’ċerti każijiet, f’liema każijiet jeżisti tali obbligu?

26)    Fil-każ li r-risposta għall-ħamsa u għoxrin domanda tkun fl-affermattiv, minn tal-inqas f’ċerti każijiet:

X’inhu l-ammont tal-kumpens minimu li għandu jingħata bla ħsara għat-tnaqqis tal-benefiċċji li jirriżultaw mix-xiri?

____________

1     ĠU 2018, L 151, p. 1.

1     ĠU 2007, L 171, p. 1.

1     ĠU 2007, L 263, p. 1.