Language of document : ECLI:EU:T:2019:358


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (IlĦames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 – Dentsply De Trey vs EUIPO – IDS (AQUAPRINT)

(Kawża T312/18)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali AQUAPRINT – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti AQUACEM u nazzjonali preċedenti mhux irreġistrati AQUACEM u AQUASIL – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali –Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001 – Azzjoni kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off) – Assenza ta’ preżentazzjoni qarrieqa”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 22, 84, 88)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 26 sa 28)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Evalwazzjoni tal-karattru distintiv ta’ element li jikkomponi trade mark

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 37)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali AQUAPRINT – Trade marks verbali AQUACEM

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 89 sa 95)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Kundizzjonijiet – Interpretazzjoni fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni – Evalwazzjoni fir-rigward tal-kriterji ffissati mid-dritt nazzjonali li jirregolaw is-sinjal invokat

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikoli 8(4) u 95(1))

(ara l-punti 98 sa 100)

6.      Dritt nazzjonali – Riferiment għad-dritt nazzjonali – Dritt tar-Renju Unit – Sistema ta’ azzjoni kontra l-abbuż tad-denominazzjoni (action for passing off)

(ara l-punt 102)

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ – Trade mark verbali AQUAPRINT – Trade marks mhux irreġistrati AQUACEM u AQUASIL

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 8(4))

(ara l-punti 108 sa 113)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2018 (Każ R 1438/2017‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dentsply De Trey u IDS.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dentsply De Trey GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.