Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto Juízo Local Cível da Maia (il-Portugall) fil-15 ta’ Marzu 2022 – WH, NX vs TAP - Transportes Aéreos Portugueses, SGPS, SA

(Kawża C-202/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca do Porto Juízo Local Cível da Maia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WH, NX

Konvenut: TAP - Transportes Aéreos Portugueses, SGPS, SA

Domandi preliminari

Fid-dawl tal-Artikoli 5(1)(ċ), 6(1), 7(1) u 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , id-dewmien twil fit-trasport bix-xarabank lejn id-destinazzjoni finali ipprovdut mit-trasportatur tal-ajru li qed jopera lill-passiġġieri li tilfu konnessjoni tal-ajru għandu jiġi kkumpensat bl-istess forom bħal dawk għad-dewmien fit-titjiriet?

Fid-dawl tal-premessa 14 u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 264/2004, il-waqfien minħabba ħsara ta’ dan ix-xarabank u l-ħtieġa tas-sostituzzjoni tiegħu fir-rotta lejn id-destinazzjoni finali jikkostitwixxu ċirkustanza straordinarja li teżenta lit-trasportatur mill-obbligu li jikkumpensa lill-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien twil meta mqabbel mal-ħin previst jew mistenni tal-wasla tax-xarabank lejn id-destinazzjoni finali?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.