Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Settembru 2011 - Streng vs UASI - Gismondi (PARAMETRICA)

(Kawża T-495/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Michael Streng (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Pappert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Fulvio Gismondi (Ruma, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta' Lulju 2011, fil-Każ R 1348/2010-4, u tirrinvija l-każ lura lir-Raba' Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "PARAMETRICA" għal servizzi fil-klassijiet 36 u 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6048433

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni għal trade mark Ġermaniża Nru 30311096 tat-trade mark verbali "parameta", għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni milqugħa u oppożizzjoni miċħuda.

Motivi invokati: ksur tar-Regoli 19(2) u (3) flimkien mar-Regola 98(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b'mod żbaljat li d-dokumenti ppreżentati li jinkludu l-kodiċi WIPO INID ma humiex fil-lingwa tal-proċedimenti u/jew ikkunsidrati flimkien mat-traduzzjoni pprovduta fl-att tat-3 ta' Novembru 2008, ma jikkostitwix "traduzzjoni" fis-sens tar-Regola 98(1) tal-imsemmi regolament.

____________