Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Lulju 2011 - i-content vs UASI (BETWIN)

(Kawża T-258/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BETWIN - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta' motivazzjoni - Trattament ugwali - Artikolu 49 KE"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: i-content Ltd Zweigniederlassung Deutschland (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Nordemann, sussegwentement minn A. Nordemann u T. Boddien, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors għal annullament tad-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-4 ta' Mejju 2009 (Każ R 1528/2008-4), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BETWIN bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta' Mejju 2009 (Każ R 1528/2008-4) hija annullata f'dak li jikkonċerna s-servizzi li ma humiex is-servizzi ta' "ħolqien u żvilupp ta' spettakli, ta' logħob, ta' lotteriji, ta' kompetizzjonijiet, ta' ballijiet, ta' tlugħ bix-xorti, ta' konkorsi; produzzjoni, organizzazzjoni u tmexxija ta' logħob, lotteriji, kompetizzjonijiet, ballijiet, tlugħ bix-xorti, konkorsi ta' kull tip; swali tal-logħob; operat ta' każinos; servizzi ta' stabbilimenti tal-isports, tal-logħob, tal-imħatri u tal-lotteriji, inklużi dawk fuq u permezz tal-internet; tqegħid għad-dispożizzjoni ta' faċilitajiet sportivi, tal-logħob, tal-imħatri u tal-lotteriji, inklużi dawk fuq u permezz tal-internet; operat ta' swali tal-logħob; tqegħid għad-dispożizzjoni ta' logħob tal-kompjuter interattivi; tmexxija u organizzazzjoni ta' każinos, ta' logħob tal-ażżard, ta' logħob tal-karti, ta' mħatri, ta' mħatri sportivi, ta' logħob ta' abbiltà; kaxxi tal-logħob; operat ta' każinos, operat ta' swali tal-logħob; operat ta' ċentri tal-imħatri u ta' lotteriji ta' kull tip", li jaqgħu taħt il-klassi 41 tal-Ftehim ta' Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta' prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta' trade marks, tal-15 ta' Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u s-servizzi "ħolqien u żvilupp ta' spettakli, ta' logħob, ta' lotteriji, ta' kompetizzjonijiet, ta' ballijiet, ta' tlugħ bix-xorti, ta' kompetizzjonijiet f'termini ta' negozju, tal-organizzazzjoni u tar-reklamar", li jaqgħu taħt il-klassi 35 tal-imsemmi ftehim.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 205, 29.08.2009.