Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2010 - Il-Kummissjoni vs Arci Nuova associazione comitato di Cagliari u Gessa

(Kawża T-259/09) 1

"Klawżola ta' arbitraġġ - Ftehim konkluż fil-kuntest tal-appoġġ għal proġetti Ewropej ta' diskussjonijiet organizzati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi għall-2003 - Rikors ippreżentat kontra d-diriġent ta' assoċjazzjoni - Nuqqas ta' ġurisdizzjoni - Nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-ftehim - Rimbors tas-somom imħallsa bil-quddiem"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Rouchaud-Joët u N. Bambara, aġenti, assistiti minn M. Moretto, avukat)

Konvenuta: Arci Nuova associazione comitato di Cagliari (Cagliari, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Diana, sussegwentement P. Aureli, avukati); u Alberto Gessa (Cagliari, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat skont l-Artikolu 238 KE, ibbażat fuq klawżola ta' arbitraġġ bil-għan li tikkundanna lil Arci Nuova Associazione Comitato di Cagliari, kif ukoll lil Alberto Gessa personalment u in solidum, sabiex jirrimborsaw is-somma mħallsa bil-quddiem mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-ftehim 2003-1550/001-001, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud sa fejn huwa dirett kontra Alberto Gessa.

Arci Nuova associazione comitato di Cagliari hija kkundannata tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali dovuta ta' EUR 15 675, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta' 7.32 %, sa mill-20 ta' Mejju 2007 sal-ħlas tas-somma kollha dovuta.

Arci Nuova associazione comitato di Cagliari hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 220, 12.09.2009.