Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Frar 2008 - JOOP! vs L-UASI

(Kawża T-75/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: JOOP! GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schmidt-Hollburg u W. Möllering, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, tas-26 ta' Novembru 2007, fil-kawża R 1134/2007-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż matul il-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurativa "!" għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 (applikazzjoni Nru 5.332.184)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: jiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad ir-rikord

Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ), tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, billi t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha karattru distintiv u minħabba n-nuqqas ta' obbligu ta' disponibbiltà.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 1994, L 11, p. 1).