Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2011 - Allen et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-433/10 P) 

"Appell - Persunal impjegat fl-impriża komuni JET - Applikazzjoni ta' status ġuridiku differenti minn dak ta' membru tal-persunal temporanju - Kumpens għad-dannu materjali miġrub - Termini ta' rikors - Dewmien - Terminu raġonevoli"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: John Allen (Horspath, ir-Renju Unit) u l-109 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: K. Lasok, QC, u B. Lask, barrister)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-13 ta' Lulju 2010, Allen et vs Il-Kummissjoni (F-103/09, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiz għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

J. Allen u l-109 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 317, 20.11.2010