Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Novembru 2008 - adidas vs UASI- Patrick Holding (Rappreżentazzjoni ta' żarbuna b'żewġ strixxi)

(Kawża T-479/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, avukati u I. Fowler, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell: Patrick Holding ApS (Fredensborg, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta' Awwissu 2008 fil-Każ R 849/2007-2 ; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, jew, fil-każ li l-parti l-oħra fill-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni in sostenn tal-konvenut, tikkundanna liż-żewġ partijiet flimkien għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna b'żewġ strixxi, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark Ġermaniża bin-numru ta' reġistrazzjoni 39 950 559 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark Ġermaniża bin-numru ta' reġistrazzjoni 944 623 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark Ġermaniża bin-numru ta' reġistrazzjoni 944 624 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; it-trade mark Ġermaniża bin-numru ta' reġistrazzjoni 897 134 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; id-denominazzjoni Ġermaniża tat-trade mark internazzjoni bin-numru ta' reġistrazzjoni 391 692 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żarbuna bi tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; id-denominazzjoni Ġermaniża tat-trade mark internazzjonali bin-numru ta' reġistrazzjoni 414 034 tat-trade mark li tirrappreżenta tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; id-denominazzjoni Ġermaniża tat-trade mark internazzjonali bin-numru ta' reġistrazzjoni 414 035 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; id-denominazzjoni Ġermaniża tat-trade mark internzazzjoni bin-numru ta' reġistrazzjoni 414 036 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25; id-denominazzjoni Ġermaniża tat-trade mark internazzjoni bin-numru ta' reġistrazzjoni 414 037 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta tliet strixxi għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u t-trade mark Komunitarja kkonċernata miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell : deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata

Motivi invokati: ksur tar-Regoli 16(3), 17(2) u 20(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni 2868/951, u għalhekk il-ksur ukoll tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94, peress li l-Bord tal-Appell żbalja fil-konklużjoni tiegħu li r-rikorrenti ma ssodisfatx ir-rekwiżiti ta' traduzzjoni u għalhekk ma pprovatx debitament il-validità, l-eżistenza u l-portata tat-trade marks preċedenti invokati, b'mod partikolari tat-trade mark Ġermaniża bin-numru ta' reġistrazzjoni 39 950 559.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità