Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Frar 2010 - Alisei vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-481/08) 1

("Rikors għal annullament - Azzjonijiet esterni u FEŻ - Waqfien ta' verifika u adozzjoni ta' rapport finali - Att adottat f'kuntest purament kuntrattwali - Nuqqas ta' kompetenza - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alisei (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone, R. Sciaudone, S. Gobbato, R. Rio u A. Neri, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel u L. Prete, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta' Awwissu 2008, dwar ir-rimbors ta' parti mill-ħlasijiet mogħtija minn qabel lir-rikorrent fil-kuntest ta' ċerti proġetti ta' kooperazzjoni fl-iżvilupp u ta' għajnuna umanitarja ffinanzjata mill-baġit Komunitarju jew mill- Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-aġir tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Alisei hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 6, 10.1.2009.