Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Ottubru 2011 - Reisenthel vs UASI - Dynamic Promotion (kaxxi li jistgħu jitqiegħdu fuq xulxin u basktijiet)

(Kawża T-53/10) 1

["Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni - Notifikazzjoni tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni permezz ta' faks - Appell quddiem il-Bord tal-Appell - Nota li tispjega l-aggravji tal-appell - Terminu għal preżentata - Ammissibbiltà tal-appell - Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Rettifika ta' deċiżjoni - Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002 - Prinċipju ġenerali ta' dritt li jawtorizza l-irtirar ta' deċiżjoni illegali"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Reisenthel (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Aliki Busse, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Schäffner, sussegwentement minn R. Manea u G. Schneider, bħala aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dynamic Promotion Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja)

Suġġett

Rikors ippreżentat, minn naħa, kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta' Novembru 2009, kif irrettifikata bid-deċiżjoni tal-10 ta' Diċembru 2009 (Każ R 621/2009-3), u, min-naħa l-oħra, kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta' Marzu 2010 (Każ R 621/2009-3), dwar talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Peter Reisenthel u Dynamic Promotion Co. Ltd.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta' Marzu 2010 (Każ R 621/2009-3) hija annullata sa fejn tirrigwarda t-talba għal rettifika ta' Peter Reisenthel tat-23 ta' Diċembru 2009.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 100, 17.04.2010.