Language of document : ECLI:EU:T:2012:3





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Jannar 2012 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑58/10)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema Ġermaniża rigward kumpens imħallas lill-ħaddiema tal-impriżi li saru insolventi u l-finanzjament tagħhom — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat mingħajr il-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Rikors mill-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 88(2) KE — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 108(2) u (3) TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 30-34)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat — Rikors ta’ impriża kompetitriċi li jikkontesta l-fondatezza tad-deċiżjoni — Impriża li ma għandhiex interess sostanzjali għall-pożizzjoni tagħha fis-suq — Inammissibbiltà (Artikolu 108(2) u (3) TFUE, u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 35, 44, 46, 48)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8707 finali, tad-19 ta’ Novembru 2009, li tiddikjara li l-iskema rigward kumpens imħallas lill-ħaddiema tal-impriżi li saru insolventi u l-finanzjament tagħhom, prevista mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat (għajnuna NN 55/2009) (ĠU C 323, p. 5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Phoenix-Reisen GmbH u Deutscher Reiseverband eV (DRV) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.