Language of document : ECLI:EU:T:2012:7





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Jannar 2012 — Kitzinger vs UASI — MDR u ZDF (KICO)

(Kawża T-249/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KICO — Trade mark nazzjonali figurattiva u trade mark Komunitarja verbali preċedenti KIKA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja —Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 48)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Marzu 2010 (Każ R 1388/2008 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Mitteldeutscher Rundfunk Zweites Deutsches Fernsehen u, min-naħa l-oħra, Kitzinger & Co (GmbH & Co KG).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kitzinger & Co (GmbH & Co KG) hija kkundannata għall-ispejjeż.