Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2010 - L-Italja vs Il-Kummissjoni Ewropea u EPSO

(Kawża T-248/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10 - Amministraturi (AD 5) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Marzu 2010, Numru C 64 A.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk tal-Kawża T-218/09 Italja vs Il-Kummissjoni 1.

____________

1 - ĠU C 180, 01.08.09, p. 59.